Scores
SCORE
 

119. Emmanueli

F’għar ta’ Betlem fuq maxtura
F’lejl twelidt fil-bard u l-ksieħ
Minn Omm Xbejba għalik maħtura
Li qimitek bla mistrieħ.

Rit:
Emmanueli, ġmiel il-ġenna,
Alla magħna, merħba bik!
Int is-saħħa li jistenna
Kull min għandu mħabba għalik x2

Int urejtna kemm ħabbejtna
Xħin f’suritna fostna nżilt;
Lilna b’demmek inti fdejtna,
Minn ilsira f’anġli bdilt. Rit:

Belt għażiża, Betlem żgħira,
Belt magħżula tal-feddej;
Tal-bliet kollha inti l-għira,
Minnek hena dejjem ġej. Rit:

O Ġesù, Sultan, ismagħna,
F’ġieħ l-imqaddsa Xbejba u Omm;
Lilna rodd il-paċi tagħna,
Bogħod mill-ħtija ruħna żomm. Rit:

Dun Ang. Copperstone & P. Gorg Zammit OFM Conv.

 

 

Żmien Liturġiku

Milied

Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright