Available from KDZ office
SCORE
 

150. Ġej fi ħdanek, Mulej

Ġej, fi ħdanek, Mulej, biex twennisni;
La int miegħi m'għandix għaliex nibża',
Smajt il-leħen ta' Sidi jsejjaħli
U ġejt niġri ġol-maqdes għal ħdejh.

Jiena fraħt, o Mulej, xħin qaluli:
"Ejja mmorru fid-dar tal-Mulej",
Tkellem mela, Mulej, jien nisimgħek;
Inti Sidi u jien il-qaddej.

Tkun imfaħħar, Mulej issa u dejjem,
Minn fejn titla' sa tinżel ix-xemx;
Idek, Alla, tkun dejjem fuq niesek;
Ma rridux naħarbulek, Mulej.

P. Edmund Theuma OFM Conv

 

Waqt Liturġiku

Dħul
 

Tema

Qima
Tifħir

Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright