 
 
|   CHORDS   SCORE   | 
      
        | 170.  Għal għonq it-triq 
            
              | Rit:Miexja lkoll għal għonq it-triq
 Imsaħħin minn kelmtek,
 O Feddej
 Ngħixu bik u nikbru fik,
 Ibqa’ magħna, Mulej Ġesù.
 Kelmtek ħajja dawl għalina,Għal riġlejna musbieħ jiddi
 Meta miexja f’triq mudlama,
 Ma nafux lejn fejn sejrin.		Rit:
 Kelmtek ħajja faraġ tagħna,Iddewwilna qalbna mnikkta,
 Tnissel fina raġġ ta’ tama
 Biex flimkien inkomplu t-triq.	Rit:
 Kelmtek ħajja nar għalina,Issaffina minn ħtijietna,
 Tħeġġeġ fina ’l qalbna bierda
 Biex nagħrfuk, biex inħobbuk.	Rit:
 
 |  © B. Bartolini, L. Scaglianti & M. LandriAddattata mill-originali '"L'uomo va" minn Dun Mikiel Galea
 
   |  |  | 
        Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright