Available from KDZ office
SCORE
 

175. Għanja ta’ mħabba

Bħal tfajjel ċkejken fi ħdanek
Għajnejja jħarsu f’għajnejk
Nitgħaxxaq b’din is-sbuħija
Ġmiel il-ħolqien ta’ idejk
Għannaqni miegħek fi mħabbtek
Irrid ngħix miegħek fil-qrib
Nisma’ t-taħbita ta’ qalbek
U mħabbti nagħtik.

Rit:
Irrid inħaddnek ma’ qalbi
(u ħajti nagħtik)
Waqt li fi mħabbtek tħaddanni (kull hena insib fik)
Fik biss insib l-għaxqa tiegħi
(fik biss insib)
Int li jistħoqqlok kull ġieħ.
Għanja ta’ mħabba ngħannilek (għanja ta’ ġieħ)
Waqt li din ħajti noffrilek
(ruħi fik tistrieħ)
Infaħħrek issa u għal dejjem (bħalek ma nsibx)
Kull ġieħ nagħtik tul iż-żmien.
(u sal-eternità).

Int isbaħ minn kull sbuħija
Isbaħ minn ġmiel il-widien
Int Alla ta’ kull qdusija
Li tajt in-nifs lill-ħolqien
Kif tista’ int taħseb fija
Naqra ta’ bniedem li jien
U li tajt ħajtek għalija
Biex tajtni l-ħelsien. Rit:

Andrew Cauchi © 1999 Andrew Cauchi/ Heartfelt Music

 

 

 

Tema

Qima
Varji

Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright