Chords
CHORDS
 
Scores
SCORE
 

200. Ħadd bħalek

Jista’ xi ħadd daqs Alla jkun kbir
Li jaħkem il-baħar f’idejh
Jista’ xi ħadd ir-ramel tal-art
Jiġbru ġo tazza jew platt?
Jew jista’ xi ħadd ikejjel b’miżien
Il-medda hekk kbira tal-art?
Jista’ xi ħadd daqs Alla jkun kbir
Li jisboq dawn l-opri ta’ jdejh ?

Kif tista’ tifhem il-kobor li bih
L-inbid jinbidel fid-demm ?
Ma’ Kristu lkoll ningħaqdu l-bnedmin
Biex f’miraklu hekk kbir nieħdu sehem
Int fostna bqajt fit-tqarbin, o Feddej!
Il-ħobż u nbid prodotti tal-art
Ilqagħhom minn għandna bil-qalb.

U ta’ kull darba li nirċevuk
Din qalbna issib il-mistrieħ
Hekk inti mħabbtek b’dal mod esprimejt
F’das-sagrament kbir u sabiħ
U meta f’dil-ħajja
Nitbiegħed minn miegħek
F’das-sagrament tgħidli
Jien għadni tiegħek
U b’hekk it-tnejn ningħaqdu flimkien
Int Alla u aħna l-bnedmin.

Josef Delicata © 1997 New Chapter

 

Waqt Liturġiku

Tqarbin

Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright