269. Il-verita' teħliskom

Il-verità teħliskom, il-verità hu jien
Ġesù li mitt għalikom
Biex tajtkom il-ħelsien.

Jekk tridu tkunu ħielsa,
Il-ħelsien huwa Jien ...
Inkun kollox għalikom
Jekk insaltan f’qalbkom jien.

Jien qiegħed hawn ġo fikom
Imma intom tfittxu ’l bogħod
Ixxandruni biss bi kliemkom
Imma dan għalija x’jgħodd ?

Jien irrid lil qalbkom,
Imma qalbkom qiegħda ’l bogħod
Tafuni biss mill-kotba;
Tfittxu l-mezzi u mhux l-iskop.

Ejjew għandi u ssibu l-ħelsien;
Ejjew għandi li nagħtikom ferħ bla tmiem
Ejjew għandi u taraw
Min Hu li jgħidilkom.
Il-verità teħliskom .....

 

 

Tema

Varji

Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright