280. Ineżżgħuh

Kif wasal fuq l-għolja
Fil-post li ħejjewlu
Qabduh taħt idejhom
U ħwejġu neħħewlu.
Kien hemm min warrab
Għax beża’ mill-hemm
Tkexkex xħin lemaħ
Il-pjagi bid-demm.

Rit:
Dan huwa l-ġisem
Ta’ Kristu l-Feddej.
Jekk int qalbek safja,
Ersaq lejh, tibża’ xejn.

Kien hemm min staħa
U warrab it-tfal
Għaliex ħa skandlu
Mill-kliem baxx li ntqal.
Kien hemm min stagħġeb
Għax rah bħall-oħrajn
Qal: "Dan mhux ħlief ġisem
Magħmul bħalna mit-tajn." Rit:

Manwel Mifsud © 2002 Manwel Mifsud

 

Tema

Via Sagra

Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright