Chords
CHORDS
 
Scores
SCORE
 

562. Sliem o sultan maħbub

Sliem, o Sultan maħbub tagħna
Sliem, o Sultan tal-ħolqien
Flimkien ngħannu s-sebħ ta’ saltnatek
Waqt li nfaħħruk bla waqfien.

Sliem, o sultan maħbub tagħna
Ħajr irroddulek mill-qalb
Tferraħna bil-ġid li tagħtina
Ta’ wliedek twieġeb it-talb.

Sliem, o Sultan maħbub tagħna
Saffi lil ruħna mid-dnub
Ħa tasal quddiemek talbitna
Int li għalina mislub.

Sliem, o Sultan maħbub tagħna
Fik qlubna jsibu mistrieħ
Għax aħna għalik biss għatxana
Hekk lilek jistħoqq kull ġieħ.

A Bellocchi /A ddattata għall-Malti minn Ivan Farrugia

 

Tema

Tifħir

Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright