Chords
CHORDS
 
Scores
SCORE
 

704. Ejja O Spirtu

Mużika ta’ Chiara Bizzetti (Vieni O Spirito)
Kliem ta’ P. Walter Vassallo ofm


Ejja o Spirtu

Ejja o Spirtu, Ejja Spirtu t’Alla

Ejja u imla lil qalbna.

Ejja o Spirtu, u onfoħ fuqna lkoll

agħti ’l uliedek il-ħajja.


Għax Inti l-aqwa faraġ tagħna

fik kull hena xħin tkun magħna

fl-għajja lejn is-serħ twassalna

mid-dmugħ tixxotta l-għajnejn.


Agħti d-dawl lil dawn għajnejna

agħti s-saħħa lil dawn qlubna

agħti lil moħħna l-għarfien

agħtina n-nar ta’ imħabbtek.


Ejja o Spirtu...


Naddaf kull fejn hemm it-tbajja

fejn hemm nixfa reġġa’ l-ħajja

rattab fina l-għebusija

agħti ’l berdin il-bżulija.


Agħti is-seba’ doni tiegħek

lil min jimxi fidil miegħek

agħti kull virtù sabiħa

’l min jistrieħ fik kull ħin.


Ejja o Spirtu...

 

Waqt Liturġiku

Dħul
 

Tema

Spirtu s-Santu
 

Żmien Liturġiku

Ferja
Għid

Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright