Chords
CHORDS
 
Scores
SCORE
 

708. Kun tagħhom ir-Ragħaj

Fr Karm Debattista mssp



Għażiltek u ħtartek għalija

U mal-poplu tiegħi kun

Għażiltek biex lilhom tmexxi

U fil-mixja qrib tagħhom tkun

Ħudhom f’mergħat kollha ħdura,

Fejn hemm mistrieħ u sliem

Qalbhom imkissra u mweġġgħa

Weħidhom, bi spirtu għajjien



Irgħa l-ħrief tiegħek, ħu ħsiebhom ilkoll

Dawk qrib, sew dawk bogħod jeħtiġuk

Wasslilhom il-Kelma li ’l qalbhom tmiss

Imxi qabilhom u huma jsegwuk.


Kun tagħhom ir-ragħaj!



Kun magħna għax mitlufa nfittxu

Mexxina u urina t-triq

Għax dgħajfa sawwab fuqna żejt safi

Imlina bl-Ispirtu, qalbna tfiq. Rit.



Kun tagħhom ir-ragħaj!

Tagħhom ir-ragħaj!

Kun tagħhom ir-ragħaj!

 

Waqt Liturġiku

Dħul
Tqarbin
Għeluq
 

Żmien Liturġiku

Ferja
Għid

Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright