IKTUS II

649. Imbierek il-Mulej Alla ta’ Israel
(Lq 1, 68-79)

Imbierek il-Mulej, Alla ta’ Israel,*
Għaliex ġie jżur u jifdi l-poplu tiegħu.
U waqqaf għalina qawwa ta’ salvazzjoni,*
F’dar David qaddej tiegħu.
Bħalma kien wiegħed fl-imgħoddi*
B’fomm il-profeti qaddisin tiegħu.
Biex isalvana mill-għedewwa tagħna*
U minn idejn dawk kollha li jobogħduna.
B’hekk juri ħniena ma’ missirijietna*
U jiftakar fil-patt qaddis tiegħu,
Fil-ħalfa li ħalef lil Abraham missierna,*
Li jagħtina,
Li, meħlusin minn idejn l-għedewwa tagħna,*
Naqduh bla biża’
Tul ħajjitna kollha*
Bil-ġustizzja u l-qdusija quddiemu.
U inti, tfajjel, tissejjaħ profeta tal-Għoli*
Għax tmur qabel il-Mulej biex tħejjilu triqatu,
Biex tgħarraf lill-poplu tiegħu bis-salvazzjoni*
Bil-maħfra ta’ dnubiethom,
Ħierġa mill-qalb ħanina ta’Alla tagħna*
Li jibgħatilna mill-għoli ż-żjara tax-Xemx tielgħa,
Ha jdawwal lil dawk li jinsabu fid-dlamijiet u d-dell tal-mewt*
Ħa jmexxu l-passi tagħna fit-triq tas-sliem.
Glorja lill-Missier u lill-Iben*
U lill-Ispirtu s-Santu.
Kif kien mill-bidu, issa u dejjem*
U jibqa’ għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.

Luqa 1, 68-79

92 flat 3, St. Joseph High Rd., St. Venera, SVR1014, Malta.
Tel: (+356) 21484506  Fax: (+356) 21482656  Email: info@awakeningasaph.org  Website: www.kdz.org.mt