IKTUS II

654. Tifħir lil Alla l-Ħallieq
(Salm 104, 1-6)

Bierek, ruħ tiegħi, il-Mulej!
Mulej, Alla tiegħi, inti kbir bil-bosta!
Bis-sebħ u l-ġmiel inti mlibbes,
Bid-dawl, bħal b’mantell, inti mkebbeb.

Int frixt is-smewwiet bħal tinda,
Waqqaft fuq l-ilma l-għamajjar għolja tiegħek.

Int tagħmel is-sħab mirkeb tiegħek,
Fuq ġwienaħ ir-riħ tiġerra.
L-irjieħ tagħmilhom ħabbara tiegħek,
U l-ilsna tan-nar qaddejja tiegħek.

Int waqqaft l-art fuq is-sisien tagħha;
B’mod li qatt ma titħarrek;
Bl-ibħra, bħal b’libsa inti ksejtha;
U l-ilmijiet waqfu fuq qċaċet il-għoljiet.

Salm 104, 1-6

92 flat 3, St. Joseph High Rd., St. Venera, SVR1014, Malta.
Tel: (+356) 21484506  Fax: (+356) 21482656  Email: info@awakeningasaph.org  Website: www.kdz.org.mt