IKTUS II

655. Angelus

L-anġlu t’Alla ħabbar lil Marija:
U hija saret omm mill-Ispirtu s-Santu.
Sliema u Qaddisa

Hawn hi l-qaddejja tal-Mulej:
Ikun minni skont kelmtek.
Sliema u Qaddisa

U l-Iben t’Alla sar bniedem:
U għammar fostna.
Sliema u Qaddisa

Itlob għalina, qaddisa omm Alla,
Biex ikun jistħoqqilna
Dak li wegħidna Kristu.

Nitolbu:

Xerred Mulej fi qlubna l-grazzja tiegħek biex aħna, li bit-tħabbira tal-anġlu għarafna li Kristu Ibnek sar bnidem, bil-passjoni u s-salib tiegħu naslu għas-sebħ tal-qawmien. Bi Kristu Sidna. Ammen.

92 flat 3, St. Joseph High Rd., St. Venera, SVR1014, Malta.
Tel: (+356) 21484506  Fax: (+356) 21482656  Email: info@awakeningasaph.org  Website: www.kdz.org.mt