IKTUS II

657. Il-misteri tar-rużarju

657a. Tal-ferħ (it-Tnejn u s-Sibt)
 
1. L-anġlu Gabrijiel ħabbar lil Marija li kellha tkun Omm Alla
2. Sidtna Marija żaret lill-qariba tagħha Santa Eliżabetta.
3. Sidna Ġesù Kristu twieled fl-għar ta’ Betlem.
4. Sidtna Marija ppreżentat lil Binha Ġesù fit-tempju.
5. Sidtna Marija tilfet lil Binha Ġesù u wara tlett ijiem sabitu fit-tempju jiddisputa mad-dutturi.

657b. Tad-dawl (Il-Ħamis)
 
1. Sidna Ġesù Kristu tgħammed fix-Xmara Ġordan.
2. Sidna Ġesù Kristu wera min hu fit-tieġ ta’ Kana.
3. Sidna Ġesù Kristu ħabbar is-saltna ta’ Alla u sejjaħ għall-indiema.
4. Sidna Ġesù Kristu tbiddel quddiem l-Appostli fuq il-muntanja Tabor.
5. Sidna Ġesù Kristu waqqaf l-Ewkaristija, it-tifkira tal-misteru tal-Għid.
 
657ċ. Tat-tbatija (it-Tlieta u l-Ġimgħa)
 
1. Sidna Ġesù Kristu għamel l-orazzjoni fl-ort tal-Ġetsemani.
2. Sidna Ġesù Kristu kien ifflaġellat
3. Sidna Ġesù Kristu kien inkurunat bix-xewk
4. Sidna Ġesù Kristu ġie kkundannat għall-mewt bla ħtija u mgħobbi bis-salib sal-Kalvarju.
5. Sidna Ġesù Kristu kien mislub, miet u ġie midfun.
 
657d. Tal-glorja (L-Erbgħa u l-Ħadd)
 
1. Sidna Ġesù Kristu qam minn bejn l-imwiet
2. Sidna Ġesù Kristu tela’ s-sema fejn hu qiegħed fuq in-naħa tal-lemin ta’ Alla
3. L-Ispirtu s-Santu niżel fuq l-Appostli
4. Sidtna Marija ġiet imtellgħa s-sema bir-ruħ u bil-ġisem mill-anġli
5. Sidtna Marija kienet inkurunata mit-Trinità Qaddisa Reġina tas-sema u tal-art.

92 flat 3, St. Joseph High Rd., St. Venera, SVR1014, Malta.
Tel: (+356) 21484506  Fax: (+356) 21482656  Email: info@awakeningasaph.org  Website: www.kdz.org.mt