659. Talba lill-Madonna

Santa Marija, Omm Alla,
Ħu ħsiebi,
Biex ikolli qalbi bħal dik ta’ tifel.
Qalb sempliċi, li ma tingħalaqx fiha nnifisha,
Tberren fuq id-dwejjaq tagħha....

Imma qalb miftuħa,
Li tagħti lilha nnifisha lil ħaddieħor,
Ħafifa biex tifhem u tagħder;
Qalb fidila u ġeneruża,
Li ma taf iżżomm fiha l-ebda mibegħda għal xi għemil ħażin li jsirilha.

Kabbar fija qalb twajba u umli,
Li tħobb mingħajr ma tistenna li tkun maħbuba,
Lesta biex tintilef fi qlub oħrajn;
Qalb kbira li ebda ingratitudni
Ma tista’ tagħlaqha fiha nnifisha,
U ebda differenza ma tista’ tgħajjiha:

Qalb mimlija bil-glorja ta’ Ġesù,
Minfuda bl-imħabba tiegħu,
Pjaga li ma titfejjaqx,
Jekk mhux fis-Sema.