665. Ftakar, ja l-iżjed Ħanina

Ftakar ja l-iżjed ħanina
Omm Verġni Marija
Li qatt ma nstema’ li xi ħadd
Intefa’ taħt il-ħarsien tiegħek,
talbek l-għajnuna
Jew fittex li tidħol għalih
u inti ma smajtux.
Imqanqal minn dan il-ħsieb
Għal għandek niġri,
Ja Verġni Omm tiegħi;
għandek niġi, quddiemek noqgħod
Midneb u niedem,
ja Omm l-Iben ta’ Alla magħmul bniedem.
La tismerrx it-talb tiegħi
Iżda ismagħni u weġibni.Ammen.

San Bernard