668. Lilek Biss Inħobb, Mulej

Lilek Biss inħobb, Mulej, warajk biss irrid nimxi.
Lilek biss irrid infittex, u lilek biss irrid naqdi.
Nitolbok, Mulej, ikkmandani dak li trid.
Irrid naqdik bil-ferħ kollu ta’ qalbi
Għaliex mhux l-indiema, imma l-imħabba qiegħda ssejjaħli lejk.
Agħmel, Mulej, li nkun kapaċi nisma’ dak li int tixtieq minni.
Għinni ngħix dak li tikkmandani, u ikkmandani dak li trid.
Agħmel li nsibuk, għax qabel ma nsibuk, ma nistriħux.
Fik biss tinsab il-hena u l-mistrieħ tagħna.
Int għamiltna għalik, o Alla, u qalbna ma ssib qatt kwiet,
Jekk ma tistrieħx fik.

Santu Wistin