671. Talba ta’ Santa Tereża ta’ Avila

Mulej,
Agħmel li dejjem inħalli lili nifsi nitmexxa minnek,
Dejjem insegwi l-pjanijiet tiegħek,
U nwettaq tajjeb ir-rieda qaddisa tiegħek.
Agħmel li f’kollox kemm jekk tkun ħaġa kbira,
Kemm jekk tkun ħaġa żgħira, illum u fil-ġranet kollha ta’ ħajti,
Nagħmel dejjem dak li tixtieq minni Int.
Għinni nwieġeb għal kull tqanqila tal-grazzja tiegħek,
Biex hekk inkun strument tajjeb tiegħek, u għall-glorja tiegħek.
Titwettaq ir-rieda tiegħek, fiż-żmien u fl-eternità,
Minni, fija u permezz tiegħi.
Ammen.

Santa Tereża ta’ Avila