IKTUS II

672. X’jitlob is-serv ta’ Alla wara t-tqarbin

1. Sinjur Alla, jiena għandi bżonnok: agħtini l-grazzja li f’kollox
nirrassenja ruħi mal-volontà providenzjali tiegħek: inti Missieri u jiena ibnek.
 
2. Sinjur Alla, jiena għandi bżonnok: agħtini l-grazzja li nirbaħ kull
okkażjoni tar-rispett uman biex nippreferik fuq kulħadd u fuq kollox.
 
3. Sinjur Alla, jiena għandi bżonnok: agħtini l-grazzja li ma nirrifjuta lil ħadd dak li nista’ nagħmel ta’ ġid lill-proxxmu tiegħi fil-bżonn.
 
4. Sinjur Alla, jiena għandi bżonnok: agħtini l-grazzja li nirringrazzjak fuq kull ma jiġi fuqi kemm ħwejjeġ prosperi kemm ukoll penużi, għax kollox jiġi minnek.
 
5. Sinjur Alla, jiena għandi bżonnok: agħtini l-grazzja li qatt ma nwarrab mill-ħsieb tiegħi l-preżenza tiegħek, li dejjem inti xhud ta’ kull ma naħseb, ta’ kull ma ngħid, ta’ kull ma nagħmel.
 
6. Sinjur Alla, jiena għandi bżonnok: agħtini l-grazzja li nagħtik qalbi
kollha b’tgħakkis kontinwu ta’ kull ma jogħġob lin-natura tiegħi
speċjalment f’għajnejja.
 
7. Sinjur Alla, jiena għandi bżonnok: agħtini l-grazzja li kif nista’ naħdem għas-salvazzjoni tal-erwieħ, li huma tant prezzjuzi għax huma xbieha tiegħek.
 
8. Sinjur Alla, jien nistqarr li u la jiena u lanqas ħadd ma jista’ jagħmel xejn mingħajr il-grazzja tiegħek: għalhekk la tiċħadx dak li lilna jinħtieġ għax inti ħlaqtna għalik.

San Gorg Preca

92 flat 3, St. Joseph High Rd., St. Venera, SVR1014, Malta.
Tel: (+356) 21484506  Fax: (+356) 21482656  Email: info@awakeningasaph.org  Website: www.kdz.org.mt