674. Ikun imbierek Alla

Ikun imbierek Alla.
Imbierek l-Isem Imqaddes tiegħu.
Imbierek Ġesù Kristu, veru Alla u veru bniedem.
Imbierek l-isem ta’ Ġesù.
Imbierka l-Qalb imqaddsa tiegħu.
Imbierek id-Demm għażiż tiegħu.
Imbierek Ġesù fis-Santissmu Sagramenti tal-artal.
Imbierek l-Ispirtu s-Santu Paraklitu.
Imbierka l-kbira Omm Alla Marija Santissima.
Imbierka l-Imqaddsa u Immakulata Konċezzjoni tagħha.
Imbierek it-tlugħ glorjuż tagħha fis-sema.
Imbierek l-Isem ta’ Marija Verġni u Omm.
Imbierek San Ġużepp għarus kastissimu tagħha.
Imbierek Alla fl-anġli u l-qaddisin kollha tiegħu.