IKTUS II

679. Mulej, agħmilni ħabib ma’ kulħadd

Mulej, agħmilni ħabib ma’ kulħadd.
Agħmel li persunti tnissel fiduċja:
F’min qed ibati u jħossu mdejjaq,
F’min qed ifittex id-dawl
Għax jinsab ’il bogħod minnek,
F’min jixtieq jibda jħobb u ma jafx kif,
F’min jixtieq jiftaħ qalbu u jħossu bla ħila.

Mulej, għinni ħalli ma mmurx ngħaddi minn fejn xi ħadd:
B’ħarsa indifferenti, b’qalb magħluqa
Bil-pass imgħaġġel.

Mulej, għinni ħa nagħti każ mill-ewwel ta’ dawk li jkunu qrib tiegħi.
Għinni nagħraf lil dawk li jkunu mħassbin u mħawdin.
Agħmel li nħoss hekk li nasal biex inserrħilhom qalbhom.

Mulej, eħlisni minni nnifsi,
Biex inkun nista’ nservik, biex inkun nista’ nħobbok,
Biex jirnexxili nisimgħek f’kull wieħed minn ħuti
Li inti tlaqqagħni miegħu.

G. Volpi.

92 flat 3, St. Joseph High Rd., St. Venera, SVR1014, Malta.
Tel: (+356) 21484506  Fax: (+356) 21482656  Email: info@awakeningasaph.org  Website: www.kdz.org.mt