IKTUS II

681. Talba biex tingħad mill-istudenti

Lejk nersaq Marija,
Għażiża ommi,
Fl-istudji tiegħi.
Agħmel li,
Permezz ta’ dan ix-xogħol tiegħi,
Inkun nista’ nagħti sehem aħjar
Għall-ġid tas-soċjetà u
Għat-tixrid tal-glorja tal-Mulej Alla
U biex tiżdied il-qima lejh.

Nitolbok għalhekk,
Biex tbierek il-ħidma tiegħi ta’ studju
U tagħmel li dan l-istudju
Jissarraf f’ġid għalija u għall-oħrajn,
Bl-interċessjoni tiegħek.
Ammen.

 

92 flat 3, St. Joseph High Rd., St. Venera, SVR1014, Malta.
Tel: (+356) 21484506  Fax: (+356) 21482656  Email: info@awakeningasaph.org  Website: www.kdz.org.mt