682. Talba fi żmien ta’ prova

Id-dgħufija tiegħi tbeżżagħni Mulej.
Għalhekk, b’fiduċja sħiħa,
F’dan il-mument ta’ prova,
Nersaq lejk Mulej
U mingħandek nistenna u nittama d-dawl.
Jien naf kollox lilek Mulej
U m’għandix tama oħra ħlief
Fit-tjubija tiegħek.

F’idejk nintelaq Mulej
Għax int taf toħroġ il-ward mix-xewk
U d-dawl mid-dlam.

Ukoll meta ma nagħrafx u
Ma nifhimx triqatek,
Nixtieq inwettaq ir-rieda tiegħek.
Agħmel li jkolli paċenzja u sabar
Ħalli dan iż-żmien ta’ prova
Jkun għalija mezz ta’ vera barka.