IKTUS II

686. Talba għall-paċi tal-qalb

Mulej,
Jiena nersaq quddiemek bid-diffikultajiet u n-nuqqasijiet tiegħi kollha.
Inti taf il-ħsibijiet kollha tiegħi, tifhem it-taħbit tiegħi.
Inħossni waħdi, m’għandix għand min indur; ħlief għandek.
Fik biss il-mistrieħ ta’ qalbi fl-imrar tiegħi.
Mulej għinni biex nirbaħ il-qtigħ il-qalb li għandi;
Biex nifhem id-dgħufijiet tiegħi.
Qawwini bil-grazzja tiegħek, għax fik biss ruħi ssib il-paċi.
Nitolbok biex timlieni bil-kuraġġ,
Tweżinni fl-għażliet li jiena rrid nagħmel
U tibgħat persuni li jimlewli ħajti bit-tjubija tiegħek.

 

92 flat 3, St. Joseph High Rd., St. Venera, SVR1014, Malta.
Tel: (+356) 21484506  Fax: (+356) 21482656  Email: info@awakeningasaph.org  Website: www.kdz.org.mt