690. Talba ta’ filgħaxija

Wara dan il-jum li tajtna, nitolbuk, Ħallieq ta’ kollox,
Biex fit-tjieba kbira tiegħek tgħasses fuqna u tieqaf magħna.

Fik u bik jistrieħu qlubna, jibqgħu jħossu l-kenn ta’ mħabbtek,
Sabiex għada minn filgħodu jisbħu jgħannu l-glorja tiegħek.

Bierek jiemna b’saħħa tajba, żid il-ħeġġa ta’ ħajjitna
U bid-dija tiegħek dawwal dan il-lejl li riesaq fuqna.

Isma’ talbna, Missier twajjeb, u int, Waħdieni tiegħu u daqsu,
Li ta’ dejjem hi saltnatkom mal-Ispirtu Faraġ tagħna. Ammen.