| L-Għodwa t-tajba, Mulej! Reġa’ sebaħ jum ieħor.Niżżikħajr Mulej, li għoġbok tagħtini jum ieħor,
 Niżżikħajr li tajtni ċans ieħor
 Biex inwettaq dak li fil-jiem l-imgħoddija ħallejt barra.
 Din Mulej, se tkun it-talba tiegħi.
 Agħmel Mulej, li f’dan il-jum inkun:Onest, biex ħuti l-bnedmin isibu fija persuna fdata.
 Twajjeb, biex nagħti xhieda ta’ tjubitek.
 Ferħan, biex nuri t-tbissima tiegħi lid-dinja.
 Ħabrieki, biex ma naħlix żmien fix-xejn.
 Puntwali, biex ma nħalli ’l ħadd jistennieni.
 Agħmel Mulej, li f’dan il-jum inkun: qalbieni fit-tiġrib.Perseveranti f’kull biċċa xogħol mibdija.
 Għaqli fid-deċiżjonijiet tiegħi.
 Sinċier f’kull ma ngħid u nagħmel.
 Tħallinix Mulej, ingerger meta l-affarijiet ma jiġux tajjeb.
 Tħallinix naqta’ qalbi meta niltaqa’ ma’ xi diffikultà.
 Tħallinix ninnervja meta ma tgħaddix tiegħi.
 Mulej, u meta f’xi waqt inħossni waħdi, Fakkkarni li hemm Int, Mulej, qrib tiegħi...
 Poġġi fuq xufftejja kliem ta’ tifħir għat-tajjeb tal-oħrajn,
 Kliem ta’ ħajr għall-ġenerożità ta’ ħaddieħor,
 Kliem li jnissel tbissima fejn tbissima ma teżistix.
 Dan nitolbok, Mulej, fil-ftuħ ta’ dan il-jum.Hekk ikun.
 |