Bierek, ruħ tiegħi, il-Mulej!
Mulej, Alla tiegħi, inti kbir bil-bosta!
Bis-sebħ u l-ġmiel inti mlibbes,
Bid-dawl, bħal b’mantell, inti mkebbeb.
Int frixt is-smewwiet bħal tinda,
Waqqaft fuq l-ilma l-għamajjar għolja tiegħek.
Int tagħmel is-sħab mirkeb tiegħek,
Fuq ġwienaħ ir-riħ tiġerra.
L-irjieħ tagħmilhom ħabbara tiegħek,
U l-ilsna tan-nar qaddejja tiegħek.
Int waqqaft l-art fuq is-sisien tagħha;
B’mod li qatt ma titħarrek;
Bl-ibħra, bħal b’libsa inti ksejtha;
U l-ilmijiet waqfu fuq qċaċet il-għoljiet. |