Alla tagħna, isma’ t-talb tagħna, eħles għinna u ieqaf magħna.
Glorja lill-Missier, u lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu
Kif kien mill-bidu, issa u dejjem,
U jibqa’ għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.
Marija Santissima, uri li inti Ommna, għalhekk jisma’ t-talb tagħna Dak
Li twieled għalina u ried ikun bniedem bħalna. O Ġesù,
Eħlisna min-nar tal-infern, ħu l-ġenna ’l-erwieħ kollha,
Speċjalment dawk li għandhom bżonn
Tal-ħniena tiegħek.
|