Sliema għalik, Sultana, Omm tal-ħniena
Ħajja, ħlewwa u tama tagħna, sliem għalik.
Lilek ingħajtu, għaliex aħna tturufnati wlied Eva,
Lilek nitniehdu aħna li nibku u nolfqu
F’dan il-wied tad-dmugħ.
Ejja, mela, avukata tagħna,
Dawwar lejna dawk l-għajnejn tiegħek tal-ħniena.
Urina, wara dan it-turufnament,
Lil Ġesù frott imbierek tal-ġuf tiegħek,
O ħanina, o pija, o ħelwa Verġni Marija.
|