Marija Ommna Sultana tal-familja,
Nixtiequ nafdawlek il-futur li qed
Jistenniena, u nitolbuk tibqa’
Dejjem magħna.
Dan huwa żmien straordinarju,
Li fih progress teknoloġiku u
Kontradizzjonijiet kbar.
Għandna f’idejna mezzi li jistgħu jbiddlu
Saħansitra l-proċessi ewlenin tan-natura.
Illum ninsabu f’salib it-toroq u nistgħu
Naqgħu fl-egoiżmu u l-kburija fiergħa.
Nafu li m’hemmx salvazzjoni
Jekk mhux fi ħdan ibnek Ġesù,
Dak li fih irridu nintelqu biex nagħmlu
Dak li jgħidilna Hu.
Omm l-aktar Qaddisa,
Nixtiequ neħduk magħna f’darna,
Bħalma għamel Ġwanni l-appostlu.
Nixtiquk titlob lil Ibnek Ġesù
Jfawwarna bil-milja tal-Ispirtu s-Santu,
Għajn ta’ kull ħajja.
Lilek Marija nafdaw il-familji kollha tagħna.
Idħol għalina sabiex għemilna u kliemna jkunu dejjem,
Ta’ glorja u tifħir lil Alla,
Il-Ħallieq tal-Ħajja u l-imħabba. Ammen. |