663. Talba tal-familja lill-Ispirtu s-Santu

Spirtu Qaddis, kollok ħniena, sabbarna.
Ejja, nitolbuk, għammar f’qalbna.
Saffina u naddafna minn kull dnub.
Qaddes ir-ruħ tagħna.
Naddafna minn kull ħażen.
Ħoll l-ebusija ta’ qalbna.
Eħlisna minn ħżunitna.
Għinna nkunu umli u rassenjati tassew.
Inti li tagħti bil-ferħ lis-sema, nixxiegħa ta’ hena safja,
Alla tagħna, agħti lilek innifsek lilna
U kebbes fi qlubna n-nar ta’ mħabbtek.
Mulej,
Sabbarna, mexxina u ħarisna f’kollox.
Saħħaħna kontra l-biżgħat u l-qtigħ il-qalb.
Agħtina fidi vera, tama soda u mħabba sinċiera
Agħmel li dejjem nagħmlu r-rieda mqaddsa tiegħek.
Ammen.