Sinjur Alla, Inti hawn u jiena fik: inkellmek u inti tismagħni; nitolbok u inti tagħtini: għaliex inti wrejtna fl-Iskrittura Mqaddsa li huma delizzji għalik li inti tkun ma’ wlied il-bnedmin, u wkoll li tridna nirrikorru lejk f’kull bżonn tagħna: għalhekk b’kunfidenza nitolbuk, bħala wlied lill-Missier tagħhom.
A
1. Sinjur Alla, agħti glorja lill-isem tiegħek.
2. Sinjur Alla, saltan fuq kulħadd.
3. Sinjur Alla, iddefendi l-ġieħ tiegħek.
4. Sinjur Alla, għarraf lilek innifsek.
5. Sinjur Alla, agħmel il-volontà tiegħek.
6. Sinjur Alla, ifraħ bl-opri tiegħek.
7. Sinjur Alla, itgħaxxaq bik innifsek.
8. Sinjur Alla, uri l-ġmiel tal-liġi tiegħek.
9. Sinjur Alla, gawdi t-teżori bla tarf tiegħek.
B
1. Sinjur Alla, ikkonverti lejk il-midinbin.
2. Sinjur Alla, ippersevera l-ġusti.
3. Sinjur Alla, salva l-agunizzanti.
4. Sinjur Alla, agħti l-mistrieħ lill-fidili mejtin.
5. Sinjur Alla, farraġ l-imnikktin.
6. Sinjur Alla, dawwal l-injoranti
7. Sinjur Alla, fejjaq il-morda.
8. Sinjur Alla, agħti għajnuna ’l min hu fil-bżonn.
9. Sinjur Alla, irrassenja l-inkwetati.
Ċ
1. Sinjur Alla, saffili qalbi.
2. Sinjur Alla, agħtini l-ispirtu ta’ Kristu
3. Sinjur Alla, eħlisni mill-inganni.
4. Sinjur Alla, iddiriġini f’kull triq tiegħi.
5. Sinjur Alla, ferraħni bil-paċi tiegħek.
6. Sinjur Alla, żommni dejjem f’idejk.
7. Sinjur Alla, itfa’ fija l-ispirtu tas-sagrifiċċju.
8. Sinjur Alla, fittixni biex nadurak.
9. Sinjur Alla, bierek f’mewti r-ruħ tiegħi.
|