Missier, f’idejk nintelaq jiena,
Agħmel minni dak li jogħġbok.
Nizzikħajr għal dak kollu li tagħmel bija:
Jien lest għal kollox, nilqa’ kollox.
Agħmel biss li r-rieda tiegħek isseħħ fija,
U fil-ħlejjaq kollha tiegħek.
Ma nixtieq xejn aktar, Mulej.
F’idejk jien nitlaq ruħi;
Nagħtihielek bl-imħabba kollha ta’ qalbi,
Għax jien inħobbok, Mulej,
U għalhekk inħoss il-ħtieġa
Li nagħti lili nnifsi lilek,
Li nintelaq f’idejk għal kollox
U b’kunfidenza bla tarf, għax int Missieri.
|