O Alla,
Tagħtinix dak kollu li neħtieġ għalija nnifsi,
Iżda agħtini dak li hu neċessarju biex bih naqdi lill-proxxmu.
Ħa nkun il-kelliemi Tiegħek mal-proxxmu.
Ħalli kliemi jkunu ta’ faraġ u jippriedkaw it-Tjieba tiegħek.
Ħalli l-azzjonijiet tiegħi jgħinu ’l min hu batut,
U jippriedkaw l-Imħabba Tiegħek għall-bnedmin.
Ħalli saħħti terfa’ ’l min hu dgħajjef u taħdem bla ma tfittex serħan.
Ħalli widnejna jisimgħu l-għajta ta’ min qed ibati bla ħtija,
U jagħtu widen għall-bniedem li għandu qalbu mħawda.
Ħallini kollni kemm jien inkun sinjal ta’ paċi fost il-bnedmin,
Sinjal li hemm Alla li jħobb, Alla ħanin, Alla li jsalva.
|