Minn dan id-dlam ta’ ħajti nsejjaħlek Mulej.
Inħoss li ma jistħoqqlix insemmi ismek,
Iżda fil-fond ta’ qalbi ma nixtieq xejn aktar li nħossni maħbub minnek.
It-toqol ta’ ruħi jfakkarni fis-salib li int ġarrejt,
Is-salib li bih irbaħt fuq il-mewt.
Nitolbok tkattar fija spirtu ta’ tama Mulej,
Biex nemmen li mar-rebħa tiegħek jiena wkoll irbaħt;
Nemmen li s-salvazzjoni hija aktar viċin tiegħi minn dan id-dlam.
|