Lilek, o Alla, infaħħru: lilek b’Mulej nistqarru.
Lilek, Missier ta’ dejjem, id-dinja kollha tqimek.
Lilek l-anġli kollha, lilek is-smewwiet u l-qawwiet kollha tagħhom,
Lilek il-kerubini u s-serafini jxandruk bla heda:
Qaddis, Qaddis, Qaddis, il-Mulej Alla tal-eżerċti.
Is-smewwiet u l-art mimlija bil-kobor tas-sebħ tiegħek.
Lilek tfaħħar il-ġemgħa glorjuża tal-Appostli.
Lilek ifaħħar il-għadd sabiħ tal-Profeti.
Lilek ifaħħru l-qtajja’ tal-Martri rebbieħa kollhom bjuda.
Mad-dinja kollha il-Knisja mqaddsa tistqarr fik:
Il-Missier ta’ kobor bla qies,
L-Iben tiegħek meqjum, veru u waħdieni
U l-Ispirtu s-Santu, id-Difensur.
Kristu, inti s-Sultan glorjuż.
Inti minn dejjem Bin il-Missier.
Int, biex teħles lill-bniedem, ma stmerrejtx tinżel fil-ġuf ta’ Verġni.
Int ħriġt rebbieħ fuq is-setgħa tal-mewt,
U ftaħt is-saltna tas-smewwiet għal min jemmen.
Int qiegħed fil-leminija ta’ Alla, fis-sebħ tal-Missier.
Aħna nemmnu li int għad terġa’ tiġi bħala mħallef.
Nitolbuk għalhekk li tgħin lill-qaddejja tiegħek,
Li int fdejt b’demmek il-għażiż.
Agħmel li nissieħbu mal-qaddisin tiegħek fil-glorja ta’ dejjem.
Salva l-poplu tiegħek, Mulej, bierek il-wirt tiegħek.
Kun ir-ragħaj tagħhom, erfagħhom għal dejjem.
Minn jum għall-ieħor aħna nberkuk;
U nfaħħru ismek għal dejjem, u għal dejjem ta’ dejjem.
Agħmel, Mulej, li llum inħarsu ruħna minn kull dnub.
Ħenn għalina, Mulej, ħenn għalina.
Ħa tkun fuqna, Mulej, it-tjieba tiegħek, kif fik hi t-tama tagħna.
Fik, Mulej, jien nistkenn: ma jkolli qatt għax ninfixel. |