Available from KDZ office
CHORDS
 
Available from KDZ office
SCORE
 

105. Ejja ejja Emmanuel
(O come o come Emanuel)

O! Ejja ejja Emmanuel!
Ħa tfittex teħles ’l Iżrael
Li bit-tnehid u d-dmugħ ta’ lsir
Jistenna l-ħlas tal-fidwa jsir.

Rit:
O! Ifraħ, ifraħ Iżrael!
Dalwaqt tarah l-Emmanuel.

O! Ejja ejja fjur ta’ Iżakk
Ħa tkun tal-ġnus it-twajjeb ragħaj
Li b’mewtu jeħles il-merħliet
U jimla d-dinja bil-barkiet. Rit:

O! Ejja ejja dawl ħanin
Li timla l-moħħ bid-dawl divin
U twarrab ’l hemm id-dawl qarrieq
Li jaħbi l-wiċċ tal-Kbir Ħallieq. Rit:

O! Ejja ejja kbir muftieħ!
Iftħilna l-bieb bla qies sabiħ
Tas-Saltna kollha ferħ u sliem
W agħlqilna l-bieb tal-ħabs dejjem.Rit:

O! Ejja ejja Re setgħan
Li tajt lill-Poplu wisq beżgħan
Il-liġi mqaddsa fost ir-ragħad
Ħa jwarrdu fl-art is-sbieħ xewqat. Rit:


Addattata għall-Malti minn Dun Karm Farrugia

 

 

Żmien Liturġiku

Avvent

Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright