108. Ejja Ġesù, fija llum

Xmara tfawwar minn ġo fija
Ejja Ġesù, fija llum
Spirtu t’Alla, int l-ilma tal-Ħajja
Fawwar mill-ġdid
U agħmel li nkun, bħal sidi Ġesù.

Rit:
Onfoħ fija ħa ninħeles mill-irbit
U bil-qawwa ejja saltan
Int mill-ġdid
Jien għalik għatxan
U fik ruħi ssib il-fejqan.

Nar li jħeġġeġ minn ġo fija
Ejja Ġesù, fija llum
Spirtu t’Alla, fjamma ta’ mħabba
Ħeġġeġ mill-ġdid
U agħmel li nkun, bħal sidi Ġesù. Rit:

Addattata mill-originali "Fiume" minn Andrew Cauchi

 

 

Tema

Varji

Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright