Ejja Spirtu Qaddis fostna hawnhekk,
Ħu din il-qalb tagħna kollha għalik;
U bis-seba’ doni, li fiha nissilt,
Int għallimha tħobb, kif ħabbejtha int.
Ejja Spirtu Qaddis fostna hawnhekk,
U dan il-moħħ tagħna ħudu għalik;
Ħalli naħdnu t-tajjeb, u nwarrbu l-ħażin,
Hekk inkunu lkoll, l-għeżeż maħbubin.
Rit:
Spirtu qaddis, ħeġġeġ lil qalbi
Spirtu qaddis, dawwal lil moħħi,
Spirtu qaddis, naddafli fommi,
Naddafli fommi,
Naddafli fommi mit-tinġis.
Ejja Spirtu Qaddis fostna hawnhekk,
Ħu dan il-fomm tagħna, imlieh b’tifħir;
Għinu jgħid is-sewwa,
Jitrawwem fis-skiet,
B’hekk biss jista’ jduq,
Il-wens tas-smewwiet.
Ejja Spirtu Qaddis fostna hawnhekk,
U f’familja waħda għaqqadna lkoll;
Fejn hemm tnejn jew tlieta,
F’ismek miġburin,
Magħhom tkun mal-lejl,
Bi nhar u kull ħin. Rit:
|