112. Ejjew niftħulu l-bieb

Rit:
Ejjew niftħulu l-bieb
Ġej is-sultan tal-glorja
Inħalluh jiftaħ, nistidnuh jidħol
Jidħol fil-qalb tal-qalb.

Għax huwa għoli u setgħan
Hu jaħseb fuq kull bniedem
Hu jagħder lill-imnikket
Hu jfarraġ lill-marid. Rit:

Hu jagħti s-saħħa u l-ħajja
Hu jżomm il-ħolqien bl-ordni
Ibierek lil min hu ġust
U jaħsad lill-qarrieqi. Rit:

Hu jaf sewwa min aħna
Jaf sewwa sew x’jisimna
Hu jgħożż l-għemil tajjeb tagħna
Jaħfrilna meta naqgħu. Rit:

C. Pace & L. Buttigieg

 

 

Waqt Liturġiku

Dħul

Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright