Imbierek Alla, Missierna
Fi Kristu hu għażilna,
Sa minn qabel il-ħolqien
U wlied qaddisa għamilna. Rit:
Imbierek Alla, Missierna
Bl-Ispirtu tiegħu bniena
F’uliedu Hu għamilna,
Biex lilu nsejħu Missierna. Rit:
Imbierek Alla, Missierna
Kelmtu mqaddsa Hu wasslilna
Li hi Kristu Ibnu Sidna
U fi triqtu din tmexxina. Rit: |
Imbierek Alla, Missierna
Li fi Kristu ħnientu wriena.
Tana l-maħfra ta’ dnubietna,
Bħalu aħna nuru Ħniena. Rit:
Imbierek Alla, Missierna
Li fi Kristu tana l-ħajja.
B’Ħobż mis-sema hu jmantnina
Ġisem Kristu mogħti lilna. Rit:
Imbierek Alla, Missierna
Li bi Kristu tana l-Knisja.
Omm ħanina hi għalina
Lejn is-Sema hi tmexxina. Rit:
|