CHORDS SCORE |
131. F’Betlem twieled Ġesù ġo għar
Rit:
F’Betlem twieled Ġesù ġo għar
Ejjew nifirħu u nfaħħru ’l Alla
F’Betlem twieled Ġesù ġo għar
Alla bniedem għalina sar.
Għad li ċkejken kemm inti kbir
Ġesù ġmielek min jista’ jfisser?
Għad li ċkejken kemm inti kbir
Int sultan ridt titwieled fqir. Rit:
Verġni u omm hekk ried il-Mulej
Int wellidt lil dak stess li ħalqek
Verġni u omm hekk ried il-Mulej
Ġesù Ibnek sar il-Feddej. Rit:
San Ġużepp kemm int ixxurtjat
Lilek għażel Ġesù bin Alla
San Ġużepp kemm int ixxurtjat
Alla Sidek f’idejk ġie fdat. Rit:
|
Bro. Michael FSC
|
| |
Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright