CHORDS SCORE |
137. Fik nistkenn
Rit:
Fik Mulej
Jien nistkenn
Ma jkolli qatt għax ninfixel.
Naf li m’hemmx
Ġid ieħor ħliefek;
Inti s-sehem ta’ wirti,
Inti żżomm f’idejk xortija.
Inżomm lill-Mulej quddiemi,
Tifraħ qalbi u fih tistrieħ.
Ngħanni isem Alla l-għoli,
Għax fl-hemm sibtu minnufih. Rit:
Jien min jien biex int ħsibt fija,
U żejjintni bħall-allat.
Insejt li tnissilt fil-ħtija,
U mill-ħtija lili erfajt. Rit:
Int Mulej, hu r-ragħaj tiegħi,
Lili żgur ma twarrabnix;
U fid-dwejjaq lili tfarraġ,
Minn dirgħajk ma titlaqnix. Rit:
Malli jisbaħ jien niftakar,
Kemm kont twajjeb f’dak li sar.
U mal-lejl niftakar x’tajtni,
Kollox l-aqwa u mill-aħjar. Rit: |
P. Ġorġ Zammit OFM Conv.
|
| |
Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright