CHORDS SCORE PPT Video |
138. Fil-ħlewwa ta’ Mejju
Fil-ħlewwa ta’ Mejju,
Omm tagħna Marija
O kemm idoqq ħlejju dak ismek sabiħ
Kemm toħroġ qawwija
Dil-kelma minn qalbna
Bit-tama li talbna jagħtik l-akbar ġieħ.
Rit:
Int l-għaxqa tas-sema
Ix-xemx tal-ħolqien
Int l-omm ta’ min ħalqek
Bik mimli kull żmien.
Jekk tiftaħ fil-ġonna il-warda Maltija
Tfakkarna o Madonna fil-lewn ta’ ħaddejk
Jekk tidħak id-dija tal-kwiekeb irżina
Tfakkarna o ħanina fid-dawl ta’ għajnejk Rit:
Minn dejjem bint Alla, nadifa mill-ħtija
Infrixt bħal qawsalla fuq ras il-bnedmin
Int ftaħt o Marija l-għejun ta’ kull ħniena
Fuq l-aħwa ħosbiena, fuq l-aħwa ħatjin. Rit:
Għalhekk ja sultana tal-ħlewwa Marija
Int biss tama tagħna, int qawwa tar-ruħ
Bil-grazzja mimlija kull waqt insellmulek
Bil-ħrara ngħajtulek fis-siegħa tad-dmugħ Rit: |
Dun Karm Psaila & Ġ. Caruana
|
| |
Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright