CHORDS SCORE PPT Video |
140. Fis-santwarju tal-Madonna
Hawn quddiemek Madonna mixħut
Għax inħossni hekk mifni u batut
Jiena ġrejt u staqsejt
Fejn insib ftit mistrieħ
U bagħtuni f’riġlejk minnufih.
Rit:
U qaluli, Madonna,
Li ssebbaħ il-ġonna
U għaliex inti ommna
Taħt ħarstek iżżommna
U aħna minn qalbna
Madonna nfaħħruk
U qaluli, Madonna
Li ssebbaħ il-ġonna
U għaliex inti ommna
Taħt ħarstek iżżommna
U aħna, Madonna
Bħal ommna nżommuk.
Barra l-ġemgħa titniehed mar-riħ
Fejn tiġġerra fid-dlam u fil-ksieħ
Għalhekk ġejt għax staqsejt
Fejn insib ftit tal-kenn
U qaluli li inti taf tħenn. Rit:
Xtaqt li miegħi jien ġibtlek ftit ward
Minflok ġibtlek għollieq, xewk u mard
Għalhekk ġejt għax staqsejt
Min jibdilli l-għollieq
U wegħduni li għandek infiq. Rit:
|
David Azzopardi © 1977 PRS
|
| |
Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright