CHORDS SCORE PPT |
145. Fqar u għonja jgħannu
Fqar u għonja jgħannu;
Xjuħ u żgħażagħ jgħannu,
Jagħtu ġieħ lill-Mulej;
Joffrulu l-ħobż, joffru l-inbid,
Lesti li jwettqu kull ma jrid.
Joffrulu l-ħobż, joffru l-inbid,
Lesti li jwettqu kull ma jrid.
Ħares lejn id-dinja, tfittex dak il-hena
Li bħal fjuri tidbiel;
Agħtiha dduq, mill-ħobż u nbid,
U ixħet f’qalbha l-veru sliem.
Agħtiha dduq, mill-ħobż u nbid,
U ixħet f’qalbha l-veru sliem.
Jekk kull bniedem jagħraf,
Kemm l-imħabba t’Alla
Hija kbira għalih;
Jersaq ta’ spiss, qrib il-Mulej
Għax kulma għandna minnu ġej.
Jersaq ta’ spiss, qrib il-Mulej
Għax kulma għandna minnu ġej.
|
P. Ġorġ Zammit OFM Conv.
|
| |
Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright