 
 
|   CHORDS   SCORE   PPT   Video   | 
      
        | 148.  Fuq tiben f’maxtura (Away in a manger)
 
            
              | Fuq tiben f’maxtura, fost bhejjem ġo għarImgeżwra fi bċejjeċ ta’ ħrieqi wisq fqar
 Hemm ċkejkna tarbija,
 Ta’ ħlewwa bla qies, ta’ ħlewwa tas-sema
 Li tgħaxxaq in-nies.
 Min ġiegħlek tarbija, titwieled hawnhekkBiex tibda minn issa tinħaqar daqshekk?
 Kif ebda qalb waħda ma nstabet li tħenn
 Biex f’rokna ta’ kmajra
 Toffrilek ftit kenn?
 O! Ejja f’din qalbi, hawn ġew ħa tistrieħHa tisħon mir-reżħa u tinsa l-uġigħ
 Din qalbi wisq tħobbok, o ħelu Bambin
 Wisq tħobbok u tgħożżok
 Bik mgħaxxqa kull ħin.
 Berikni, nitolbok, o twajjeb ĠesùĦa nogħġbok u nferrħek
 Bil-ġmiel tal-virtù
 U nroddlok tpattija
 Għall-morr tad-dnubiet
 Li jkexkxek wisq iżjed
 Mill-bard tal-Milied.
 
 
 |  Addattata għall-Malti minn Dun Karm Farrugia
 |  |  | 
        Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright