Available from KDZ office
CHORDS
 
Scores
SCORE
 

154. Ġejna ħdejk Mulej

Ġejna ħdejk, Mulej, forsi għadu l-ħin;
Ġejna ħdejk, Mulej, qlubna mħeġġin.
Maż-żerniq tal-jum
Inkantaw henjin
Ħsiebna ’l fuq fit-talb għall-bnedmin.

Għadda l-lejl Mulej, u issa sebħ il-jum;
Tini fit-tiġrib, omm li tgħidli qum.
Inti t-triq Mulej, inti tiegħi sid,
Wennisli dal-jum
B’qalb li tħobb u b’kull ġid.

Tal-ħtijiet Mulej, nitlob maħfra llum;
U inti missier, Int taħfirhom żgur.
F’dan l-imkien qaddis
Ħeġġiġli t-twemmin;
Ħalli nroddlok ħajr, issa u f’kull ħin.


P. Ġorġ Żammit OFM Conv.

 

Waqt Liturġiku

Dħul

Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright