Available from KDZ office
SCORE
 

156. Ġejt mis-sema

Ġejt mis-sema f’din l-art, o Bin Alla,
Biex tifdina mill-jasar tad-dnub;
Ġejt f’suritna biex tbati għalina,
Biex f’din qalbek tiġborhom il-qlub.

Qalb ta’ Alla li ħalaq l-imħabba,
Qalb ta’ bniedem li tħoss għall-bnedmin
Tixgħel dejjem ġo sidrek imħeġġeġ
Biex tarana fi mħabbtek henjin.

Rit:
Xerred fuqna minn qalbek ħanina
Ġid mis-sema kif dejjem xerridt
Fuq min ħabbek u talbek
Bil-ħniena
L-isbaħ grazzji li int wegħidt.

Fik il-ħniena, l-imħabba u l-faraġ
Tal-qlub kollha, tal-kbar u ċ-ċkejknin;
Fik il-maħfra, Ġesù għal min dineb,
Il-kenn ħelu tal-qlub maħqurin.

Fik il-qawwa tal-martri rebbieħa
F’għoxrin seklu msoqqija bid-demm,
Fik il-fidi tal-qlub qalbiena
Baqgħet sħiħa u qatt ma tintemm. Rit:


Addattata minn Dun Anton Grech fuq mużika mill-Gwatemala

 

Tema

Qima

Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright