| Ġesù, Ġesù, għalija IntId-dawl, it-triq, il-ħajja, il-ġieħ
 Mingħajrek jien ma jiena xejn
 U Miegħek jien sultan rebbieħ.
 O! Kemm nixtieq, Ġesù ħanin,
 Li nħobbok jien bla qies kull ħin!
 Int tħobb, Ġesù, b’nirien hekk kbarLi ssib l-għaxqiet fost il-bnedmin,
 L-għaxqiet ħelwin li jżommuk fl-art,
 Bħal fost l-ulied missier ħanin.
 O! Kemm nixtieq, Ġesù ħanin,
 Li nħobbok jien bla qies kull ħin!
 “Ejjew ilkoll, o għajjenin”Tistieden Int lil dawn l-ulied.
 “Jien għandi s-serħ li nqassmu b’xejn,
 Li bih l-imrar isir ħlewwiet”.
 O! Kemm nixtieq, Ġesù ħanin,
 Li nħobbok jien bla qies kull ħin!
                   U tmantni wkoll lil dawn l-għeżieżBil-ġisem stess u d-demm divin
 Biex jgħixu Bik u żgur tarahom
 Fis-sebħ etern bla qies henjin.
 O! Kemm nixtieq, Ġesù ħanin,
 Li nħobbok jien bla qies kull ħin!
 Kif nista’ qatt, għalhekk, Ġesù,Kemm tistħoqq int, nagħtik tifħir?
 Li kelli wkoll tal-anġli l-qlub,
 Bla qies ikun għajjien u fqir.
 O! Kemm nixtieq, Ġesù ħanin,
 Li nħobbok jien bla qies kull ħin!
 
 |